It-tifel ta’ sentejn li waqa’ f’xaft fond ħdejn il-Belt ta’ Malaga fi Spanja kważi ħmistax-il ġurnata ilu nstab mejjet.
Julen Rosello instab fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.
L-inċident seħħ fit-13 ta’ Jannar meta Julen waqa’ f’din ix-xaft fond iktar minn mitt metru meta kien mal-familja.
Ħaddiema tas-salvataġġ ħadmu bla waqfien permezz ta’ mina li tħaffret apposta ħdejn il-ħofra li fiha waqa’ t-tifel.