It-tabib tal-familja David Sciberras ta’ 56 sena mill-Mosta dalgħodu nstab mejjet fil-karozza tiegħu fil-limiti ta’ Binġemma. Dr. Sciberras kien irapportat li deher l-aħħar il-Ġimgħa li għadda għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu meta ħareġ minn daru biex imur lejn il-Mosta.
Wara li l-pulizija ġiet mgħarrfa bil-każ, issejħet assistenza medika iżda t-tabib ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Fuq il-post waslu wkoll bosta uffiċjali mit-Taqsima Forensika.
ONE NEWS jinsab infurmat li għalkemm il-Pulizija waslilha rapport kmieni t-Tnejn filgħodu, ir-raġel jidher li kien ilu mejjet diversi sigħat.
Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-pulizija qalu li l-awtopsja għandha tiddetermina l-kawża tal-mewt tar-raġel. L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa.
Il-Pulizija tat ħajr lill-pubbliku għall-għajnuna li ngħatat filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
http://www.one.com.mt/2019/10/20/ragel-irrapurtat-nieqes-4-2-5/