Familja minn Perth fl-Awstralja sabet flixkun li fih kellu messaġġ li jmur lura 132 sena wara li dan jidher li kien intrema fil-baħar.
Waqt li kien passiġġata Tony Illman ġabar il-flixkun minn qalb ir-ramel u martu għaddietu lill-għarusa tat-tifel tagħha wara li għoġobha.
Indunaw li kien hemm bħala spaga ma’ karta ġo fih li kienet fraġli. Għall-ewwel ħasbu li kien sigarett imkebbeb imma malli pruvaw jiftħuħ indunaw li kien fih messaġġ.
Ġiehom ħsieb li jdaħħluh f’forn biex jinxef ftit u malli qraw id-dettal appena nixef ftit, il-messaġġ kien jitlob lill-qarrej biex jikkuntattja lill-Konsulat Ġermaniż malli jsibu n-nota.
Il-messaġġ kellu d-data tat-12 ta’ Ġunju tas-sena 1886.
Espert tal-mużewijiet Awstraljan qal li dan kien wieħed mill-fliexken li ntefa’ fil-baħar tul id-69 sena tal-esperiment Ġermaniż; esperiment marbut mal-kuntatti b’mod bażiku, jiġifieri bil-fliexken.