Arkeoloġisti li kienu qed jaħdmu f’qabar antik Eġizzjan għamlu sejba mhux tas-soltu hekk kif sabu l-eqdem ġobon fid-dinja.
Ftit tas-snin ilu t-tim kien sab vażetti mkissrin fil-qabar ta’ Ptahmes, uffiċjal għoli Eġizzjan.
Waqt l-istess sejba l-arkeoloġisti sabu wkoll oġġett abjad f’wieħed mill-vażetti li għalkemm kien hemm suspett li kien ikel ma kienx hemm ħjiel ta’ x’seta’ kien.
Issa studju sab li dan l-oġġett hu ġobon u li għandu madwar 3,200 sena.