L-Organizzazzjoni għas-Saħħa Dinjija, WHO, ddikjarat li nxtered il-virus tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika ta’ Kongo.
Minn tal-inqas persuna waħda tilfet ħajjitha wara li ġiet infettata b’dan il-virus, skont informazzjoni li tat il-WHO.
Il-Ministru għas-Saħħa tal-Kongo informa lill-WHO li kien hemm każ kkonfermat tal-Ebola.
Aktar minn 11,000 persuna tilfu ħajjithom minħabba l-Ebola fil-Lvant tal-Afrika bejn is-sena 2014 u s-sena 2015, b’mod partikolari fil-Guinea, Sierra Leone u Liberia.