Ftit qabel is-sitta u nofs tal-lejla intlemaħ katavru ta’ raġel fil-baħar ta’ San Ġiljan.
Ir-raġel li l-identita tiegħu għadha mhux magħrufa nstab mil ‘il bogħod mill-art fl-inħawi ta Portomaso.
Minnufih, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta marru fuq il-post biex itellgħu l-katavru.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Josette Demicoli.