Fl-aħħar minuti nstab katavru fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, Għawdex. Il-katavru nstab maqbud mal-ħabel ta’ swimming zone, 20 pied ’il barra mill-blat, u mill-ewwel issoktaw l-investigazzjonijiet. Fost oħrajn, fuq il-post hemm membri tal-Emergency Response and Rescue Corps.
Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post jidher li l-katavru ntlemaħ minn lifeguard li kien hemm fuq torri fl-istess bajja. Meta ħareġ biex jagħti l-ewwel għajnuna għaliex ħaseb li kien hemm persuna f’diffikultà, sab il-katavru mwaħħal ma’ baga, għaldaqstant daħal lura biex jinforma lill-awtoritajiet.
Għalkemm għadu kmieni biex wieħed jistabbilixxi l-fatti, fl-aħħar jiem għeb żagħżugħ ta’ 17-il sena meta kien qed jgħum f’Marsalforn. Mhux eskluż li dan huwa l-katavru tal-ġuvnott Ungeriż.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
F’każ li hu l-katavru tal-Ungeriż din hija r-rotta li biha nġarr mal-kurrent