Instab il-ħames katavru minn sitta, tal-persuni li kienu abbord il-jott lussuż ‘il barra mill-kosta ta’ Sqallija nhar it-Tnejn li għadda.
Fost dawn kien hemm in-negozjant Ingliż Mike Lynch.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif s’issa t-tifttxija għadha għaddejja għal bintu ta’ 18-il sena Hannah Lynch.
S’issa, mit-22 persuna li kienu abbord, ħmistax-il persuna ġew salvati u ħames persuni nstabu mejta.
Il-gwardja tal-kosta Taljana, qalet li l-jott għereq għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, qrib il-port ta’ Porticello, f’Palermo, fejn kien ankrat.
Abbord, kien hemm 10 membri tal-ekwipaġġ u 12-il passiġġier, fosthom Brittaniċi, Amerikani u Kanadiżi.
Ritratt: Salvatore Cavalli/AP