Għall-ħabta ta’ 14.40 instab katavru minn sajjied tmintax-il mil nawtiku ‘l barra mix-xtajta ta’ Tignè. Il-Forzi Armati ta’ Malta daħħlu l-katavru f’Xatt it-Tiben.
L-identità tal-katavru għadha mhux magħrufa dan hekk kif instab fi stat ta’ dekompożizzjoni.
Il-Pulizija mhu qed teskludi xejn f’dan l-istadju u mhux eskluż li l-katavru kien ta’ immigrant.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.