ONE News jinsab infurmat li nstab katavru f’residenza fi triq il-Knisja, l-Għasri.
Il-Pulizija kkonfermat li bħalissa għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha u nfetħet Inkjesta mill-Maġistrat Bridgette Sultana.
Il-katavru, li huwa ta’ raġel instab għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post hemm numru ta’ uffiċjali li għadhom qed jiddeterminaw il-kawża tal-mewt.
S’issa l-uffiċjali m’huma jeskludu xejn, inkluż li hemm terzi persuni nvoluti fil-każ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Filmati: CVC