Illum waranofsinhar, intlemaħ katavru fil-baħar madwar tliet mili nawtiċi ’l barra minn Wied il-Għajn.
Il-Pulizija minnufih talbet l-għajnuna tal-Forzi Armati li marru fuq il-post, tellgħu l-katavru u ħaduh Xatt it-Tiben.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li l-ġisem għadu mhux identifikat minħabba li nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.
Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru biex tiġi stabbilita l-kawża tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.