Għall-ħabta tal-għaxra u nofs tal-Ġimgħa, intlemaħ katavru fil-baħar qrib Filfla.
Fi stqarrija l-Puizija qalet li meta daħlitilha l-informazzjoni, talbet minnufih l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-katavru mill-baħar u ttieħed fil-Bażi Marittima f’Xatt it-Tiben.
Għal dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex ikun identifikat il-katavru.