Għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ kadavru mal-blat fil-baħar fl-inħawi tal-Qolla l-Bajda, fil-limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih marret fuq il-post u talbet l-assistenza tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li minn naħa tagħhom marru fuq il-post u tellgħu l-katavru għal fuq l-art.
Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-ġisem x’aktarx huwa ta’ raġel però sa issa mhux identifikat.
Il-Maġistrat tal-Għassa Brigette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-identità u l-kawża tal-mewt.
L-investigazzjonjieti tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ritratt: Talk.mt