Illum, għal xi t-tlieta ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar, madwar 15-il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta, fiż-żona magħrufa bħala Hurds Bank.
Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’dan ir-rapport issejħet minnufih l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li marru fuq il-post. Hemmhekk instab kadavru fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, li ttella’ fuq Patrol Boat u iddaħħal f’Xatt it-Tiben.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa’ aktar dawl fuq il-każ.
Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.