Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar, fil-Bajja tal-Ġnejna.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport u nstab il-katavru li għadu mhux identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex jinkiseb aktar informazzjoni fuq il-każ.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.