Il-Pulizija fl-Istati Uniti arrestaw raġel suspettat li kien involut f’numru ta’ sparaturi li ħolqu terrur f’Phoenix u ħallew numru ta’ persuni mejta jew imweġġa’.
Aaron Saucedo, ta’ 23 sena huwa s-suspettat ewlieni ta’ disà omiċidji. Iżda qed jiġi allegat li hu kien involut ukoll fi tnax-il sparatura. Il-maġġoranza ta’ dawn l-attakki saru bejn l-2015 u Lulju 2016 fil-belt ta’ Arizona.
Huwa mifhum, li Saucedo, kien qed jagħti fastidju lil numru ta’ persuni ma nżul ix-xemx, nies li jkunu barra d-djar tagħhom jew ikunu fil-karozzi.
Din mhux l-ewwel darba li ż-żagħżugħ ġie arrestat, fl-2015 kien mixli li spara raġel ta’ 61 sena li kellu relazzjoni ma’ omm l-akkużat. Iżda l-omiċidji l-oħra li huwa suspettat li wettaq ma kellhom ebda rabta emozzjonali hekk kif l-akkużat ma kienx jaf il-vittmi, li fosthom kien hemm tifla ta’ tnax-il sena.
Ir-raġel issa se jkun qed jitressaq il-Qorti.