It-timijiet tat-tfittxija li qed ifitttxu għall-ajruplan ta’ Emiliano Sala sabu t-tiġrif tal-ajruplan li kien qed jivjaġġa fuqu l-akwist il-ġdid ta’ Cardiff City. L-ajruplan tat-tip Piper Malibu għeb minn fuq ir-radars tat-torrijiet tal-kontroll viċin iċ-Channel Islands. Kemm il-pilota kif ukoll il-plejer tal-foutbol qed jiġu meqjusa bħala mejtin.
F’kummenti li ta lill-midja, missier il-plejer ta’ 28 sena qal li din hija ħolma kerha li ma tista’ tgħaddi qatt.