Il-Maġistrat Rachel Montebello kkundannat lil Pierre Gaffiero jħallas is-somma ta’ elfejn ewro minħabba malafama li kiteb fil-media soċjali fil-konfront ta’ Monsinjur Joseph Vella Gauci.
Il-kaz seħħ bejn l-10 u t-13 ta’ Marzu 2020, meta Gaffiero, fi żmien qasir, kiteb u ppubblika repetutament fuq it-Twitter, kummenti libellużi li jħassru r-reputazzjoni ta’ Monsinjur Vella Gauci, fis-sens li bħala l-Kap tal-Agenzija Appoġġ f’Għawdex naqas milli jagħmel xogħlu billi injora b’xi mod rapporti ta’ xi tip ta’ abbuż sesswali fuq minorenni mill-Pulizija u li kien qed jgħatti għal ħaddieħor.