Kevin Vella intbagħat 18-il xahar ħabs, sospiżi għal 3 snin wara li nstab ħati li ttraffika u kien fil-pussess tad-droga kokaina kif ukoll tal-ecstasy.
Vella ġie arrestat fl-elfejn u tlettax minn żewġ uffiċjali tas-CID wara li ntlemaħ iġorr it-tfajla tiegħu waqt festin f’Imġarr ix-Xini.
Kien waqt li tfajla bdiet tingħata l-għajnuna medika, meta l-akkużat rema baskett tal-plastik li fih instabu disa’ boroż bid-droga kokaina.
Huwa kien ċaħad li kien juża droga.
Min-naħa tagħha, it-tfajla xehdet li kienet tieħu d-droga mingħand l-għarus tagħha.
Fl-elfejn u sbatax Vella kien nstab ħati u kkundannat tmintax-il xahar ħabs iżda wara li appella għal din is-sentenza, l-Qorti tal-Appell Kriminali ddikjart li sentenza ma kinitx valida u ordnat li l-każ jerġa’ jinstema.