Raġel li tressaq il-Qorti f’għeluq sninu wara li għamel numru ta’ telefonati li fihom ta fastidju lil persuna oħra spiċċa jiġi ordnat jieħu trattament għal tlett snin.
Ir-raġel kien beda jċempel u jagħti fastidju mara meta filfatt huwa ried jagħmel dan lil maġġur tal-armata.
John Mary Zammit ta’ sebgħa u tletin sena minn Ħaż-Żabbar tfixkel fin-numru li kien iċempel u minflok ta fastidju lill-eks persuna fl-armata beda jagħmel dan fuq mara.