Raġel minn Singapore wieġeb ħati għal akkużi miġjuba kontrih li hu kien jaħdem fl-Istati Uniti bħala spija għaċ-Ċina. Jun Wei Yeo ġie mixli li uża l-konsulenza politika tiegħu fl-Amerika sabiex jiġbor informazzjoni sensittiva dwar l-Amerika għall-intelliġenza Ċiniża.
Intant, f’każ ieħor, l-Istati Uniti qal illi arresta riċerkatur Ċiniża talli naqset milli tgħid dwar ir-rabtiet li għandha mal-militar Ċiniż.
Dawn huma l-aħħar każijiet minn sensiela li qed jitensifikaw it-tensjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi hekk kif matul il-jum tal-Erbgħa l-Gvern Amerikan ordna biex sal-bieraħ, iċ-Ċina tagħlaq il-konsulat tagħha f’Texas. B’reazzjoni għal dan, iċ-Ċina matul il-jum tal-Ġimgħa, ordnat sabiex l-Istati Uniti jagħlaq il-konsulat li għandu f’Chengdu.
Qed jiġi rraportat illi l-bieraħ uffiċjali Amerikani daħħlu b’forza fil-bini tal-konsulat Ċiniż b’uffiċjali tas-Sigurtà Diplomatika mid-Dipartiment tal-Istati Uniti qed jgħassu l-bini.