Jason Masini ta ħamsa u erbgħin sena nstab ħati li seraq il-fuq minn ħamest elef ewro fi flus mil-organiżazzjoni Pjazza Teatru Rjal meta hu kien general manager tal-kumpanija.
Kien akkużat ukoll li fiż-żmien li kien impjegat tal-gver għamel użu ħażin minn flus pubbliċi u li kien riċediv. Madankollu għal dawn l-akkużu ma nstabx ħati minħabba nuqqas ta’ provi. Masini kien irċieva flus fil-kont personali tiegħu mingħand il-kumpanija Sensembed Ltd, liema flus kienu dovuti lill-Kunsill Malti għall-Arti u Kultura.
B’kollox kienu saru erba’ tranzazzjonijiet bejn diċembru tal-elfejn u erbgħatax u Ġunju tal-elfejn u ħmistax li b’kollox ammontaw gġal aktar minn erbgħa u tletin elf ewro. Kien ftit jiem wara l-aħħar tranżazzjoni li saret f’Ġunju meta Masini kien avzat mis-segretarju permanenti tal-ministeru sabiex ma jersaqx aktar għax-xogħol. Madankollu Masini baqa’ jisħaq li hu kien għamel hekk minħabba li skontu l-organiżżazzjoni ma kelliex numru tal-VAT u għalekk uża l-kont personali tiegħu.
Il-Maġistrat Josette Demicoli kkunsidrat li filfatt il-kont bankarju tal-entita kien infetaħ f’Jannar tal-elfejn u erbgħatax u li Masini kien naqas milli jitrasferixxi l-flus fl-imsemmi kont. Il-qorti kkunsidrat ukoll li Masini kien radd lura l-flus kollha dovuti għalekk ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn.