Brenton Tarrant ta’ 29 sena nstab ħati li qatel 51 persuna f’Moskea ta’ Christchurch fil-belt ta’ New Zealand.
Hu ammetta wkoll għall-akkużi ta’ attentat ta’ qtil fuq 40 persuna oħra u attentat ta’ terroriżmu.
Tarrant wettaq attakk fil-Moskea madwar sena ilu. Każ kien qajjem għagħa madwar id-dinja.
Fid-dawl ta’ dan in-New Zealand ħabbru miżuri aktar stretti rigward il-liġi tal-pistoli fil-pajjiż.