Il-Maġistrat Joe Mifsud poġġa lil Michael Camilleri, ta’ 34 sena fuq probation għal erba’ snin, ordnalu li jsegwi programm kontra l-vizzju ta’ droga u taħ trattament għal tliet snin wara li nstab ħati li ffroda persuna oħra.
Fl-elfejn u tnax Michael Camilleri kien arrestat mill-Pulizija wara li sar rapport mill-vitma, Paul Mangion, li kien ġie ffrodat €140,500.Dan wara li l-vitma kien ftiehem mal-akkużat sabiex flimkien jiffalsifikaw xi flus.
Fil-Qorti l-uffiċjal tal-probation tal-akkużżat qal li Camilleri kien għadhu jbati l-konsegwenzi wara l-mewt ta’ ħuħ, u issa huwa jinsab f’relazzjoni stabbli u qiegħed jieħu ħsieb erbat itfal.
Kien għalekk li l-Maġistrat Joe Mifsud poġġieh fuq erba’ snin probation, ordnalu li jsegwi programm kontra l-vizzju ta’ droga u taħ trattament għal tliet snin.