John Micallef ta’ 58 sena mill-Għargħur ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li ffroda żewġ persuni €23,800.
Dan wara li għamilha ta’ uffiċjal tal-MEPA u wegħedhom li jġibilhom il-permessi fuq propjetà fis-Swatar.
Il-każ ġara bejn l-2016 u l-2017.
Sa tliet xhur wara li tawh il-flus, iż-żewġ persuni ma semgħu xejn mingħandu u meta kkuntattjawh huwa ma bediex iweġibhom.
Meta rnexxielhom jaqbduh, huma tawh numru tal-kont tal-bank sabiex jgħaddi l-flus lura imma ma rċivew xejn.
Hawnhekk imbagħad kien sar rapport l-għassa.