Raġel ta’ 30 sena kien arrestat wara li ferħ ta’ ljun instab f’appartament f’subborg f’Pariġi.
Skont il-midja Franċiża, il-pulizija kienet avżata wara li s-suspettat prova jbiegħ l-iljunessa ta’ sitt ġimgħat għal g€10,000.
Ir-raġel instab moħbi f’armarju f’dar tal-ġar fil-jum tat-Tlieta, filwaqt li l-iljunessa nstabet fuq soda.
Intqal li l-annimal kif f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa u ingħata f’idejn l-awtoritajiet ikkonċernati.