Anzjan ta’ 75 sena nstab mejjet f’residenza fil-Munxar.
Is-sejba saret kmieni lbieraħ filgħodu bil-Pulizija ġiet infurmat għall-ħabta tal-11:00 dwar sejba ta’ anzjan mejjet f’residenza fi Triq iż-Żirżieb fil-Munxar f’Għawdex.
L-anzjan ta’ 75 sena kien residenti l-Munxar stess.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri.