L-inkjesta dwar Egrant uriet li din il-gidba ċertifikata kienet ibbażata wkoll fuq dokumenti foloz. Din kienet biss konklużjoni waħda minn diversi u għalhekk post Simon Busutti m’għadux fil-Parlament Malti. Tkellmu dwar dan il-Ministru Owen Bonnici u d-Deputat Stefan Zrinzo Azzopardi meta f’konferenza tal-aħbarijiet emfasizzaw id-diversi konklużjonijiet tal-inkjesta.
Spjegaw kif fuq din il-gidba Simon Busuttil ried isir Prim Ministru u għalhekk l-inqas li jista’ jagħmel illum hu li jitlaq minn kull kariga li jokkupa.
“Jekk Simon Busuttil għandu farka ta’ diċenza politika għażla waħda għandu: Jitlaq minn kull kariga li jokkupa. Mhux jissospendi lilu nnifsu, imma jirriżenja. Mhux dejnu li jirrappreżenta lill-familji Maltin,” qal Stefan Zrinzo Azzopardi.
Owen Bonnici tkellem fuq l-istandards tal-Prim Ministru li anke meta kien jaf li din ma kienet xejn għajr gidba, xorta waħda ssuġġetta lilu nnifsu għal inkjesta. Fisser kif dan kien eżempju ieħor li f’Malta hawn ir-rule of law.
“Il-Prim Ministru dejjem qal ukoll li jekk tinstab nitfa verita fuqu jerfa’ r-responsabbilta u jitlaq. Issa jmiss lil ħaddieħor jagħmel hekk.
F’dan l-istadju Simon Busuttil huwa l-ewwel wieħed li għandu jitlaq ‘il barra,” qal il-Ministru Bonnici.