ALPA qalet li l-mandat ta’ inibizzjoni preżentat fil-Qrati mill-Air Malta huwa theddida fuq id-dritt ħieles tal-ħaddiema li jingħaqdu f’unions u fuq id-dritt illi l-ħaddiema jieħu sehem f’azzjoni industrijali.
Erbat’ijiem ilu l-Qorti Ċivili laqgħet il-mandat ta’ inibizzjoni li l-Air Malta fetħet kontra l-ALPA, fid-dawl ta’ theddida ta’ strajk li jista’ jiswa lill-kumpanija ma’ nofs miljun ewro kuljum.
Il-mandat jitlob li ma titteħidx azzjoni industrijali li tkun tista’ tippreġudika l-operat tal-kumpanija f’mument sensittiv ħafna, b’mod partikolari azzjoni li tipperikola s-sostenibbiltà finanzjarja. Dan f’mument fejn għaddejin ukoll negozjati ma’ sieħeb strateġiku bil-għan li l-gvern iwassal għal vijabbilità kummerċjali fit-tul. Jirriżulta li l-Air Malta qed targumenta li filwaqt li kulħadd għandu dritt għal azzjoni industrijali, ma tistax tkun rikattata f’dan il-mument sensittiv.