L-iljunfanti fl-Indja qed jitlibsu kutri tas-suf li ħitulhom in-nies tal-lokal biex jipproteġuhom mill-kesħa li qed tagħmel.
Kienet mara fil-villaġġ biswit iċ-ċentru ta’ konservazzjoni għall-iljunfanti f’Mathura li bdiet tipproduċi dan l-ilbies tas-suf ikkulurit għall-iljunfanti hekk kif il-ħaddiema li jaħdmu f’dan iċ-ċentru kienu qalula li t-temperaturi se jkunu qed jinżlu taħt iż-żero.
Iċ-ċentru ta’ konservazzjoni jżomm fih iljunfanti li jkunu ġew salvati minn kundizzjonijiet ta’ abbandun u moħqrija.
Il-fundatur taċ-ċentru, Kartick Satyanarayan, spjegat l-importanza li dawn l-iljunfanti jiġu protetti mill-kesħa hekk kif huma vulnerabbli wara li kienu suġġetti għall-abbuż u faċilment taqbadhom pneumonia.
Il-ħaddiema qed jippjanaw li fl-2017, isalvaw mal-50 iljunfant ieħor.