Sirjan ta’ 20 sena jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq Wied il-Għollieqa, il-Kappara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:10 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Yana Micallef Stafrace, li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.