Niġerjan ta’ tmienja u għoxrin sena, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum, fi Blue Lagoon f’Kemmuna.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post, ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) u ġie meħud il-Port tal-Imġarr.
Hemmhekk, kien hemm ambulanza b’tim mediku li ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.