Raġel ta’ 33 sena mill-Munxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu kien involut f’ħabta frontali fil-Qala, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:15 ta’ filgħodu fi Triq l-Imġarr meta x-xufieri tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Ford Ka, mar fuq in-naħa l-oħra tat-triq u baqa’ dieħel f’ħajt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.