Ilbieraħ 11 ta’ Mejju 2019 għall-ħabta tal-4.00 ta’ filgħodu qabdu żewġ vetturi fi Triq is-Sajjied f’Buġibba.
Karozza tat-tip BMW u oħra tat-tip Smart inqerdu għal kollox.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili kif ukoll tal-pulizija.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.