Ħadd ma ndarab wara li vettura nqelbet fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00 fi Triq Aldo Moro fil-Marsa meta minn filmat meħud minn kamera f’vettura oħra, il-vettura tidher taqbeż minn karreġġjata għal oħra sakemm issib vettura oħra bix-xufier jipprova jevita li jaħbat.
Sfortunatament mal-manuvra hu sab il-bidu taċ-ċint u kawża t’hekk il-vettura nqelbet għal fuq il-karreġġjata tat-triq l-oħra.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident hekk kif ix-xufier deher ħiereġ mill-vettura waħdu.