Żewġ arpi (Ospreys) li huma tajr protett tniżżlu minħabba kaċċa illegali f’Għawdex u f’Delimara.
Dan ħabbritu fi stqarrija l-għaqda BirdLife Malta.
Hija qalet ukoll li mill-bidu ta’ Marzu ’l hawn il-Pulizija kkonfiskat 140 għasfur tal-għana.
BirdLife Malta sostniet li ħafna mill-għasafar qed jinħelsu lura fin-natura waqt li oħrajn qed jiġu rijabilitati u se jintelqu fin-natura waqt li oħrajn qed jiġu rijabilitati u se jinħelsu fiż-żmien li ġej wara li jirkurpraw saħħithom.
Din l-għaqda faħħret l-isforzi li qed isiru mill-mit-Taqsima għall-Protezzjoni tal-Ambjent. (l-EPU).
BirdLife Malta qalet l-uffiċjali tal-pulizija fi ħdan din it-taqsima qed juru rieda li jġibu r-riżultati fl-infurzar tal-liġijiet marbutin mal-ħarsien tal-għasafar protetti.
Ritratti: BirdLife