Tliet Pulizija nqatlu b’tiri t’arma tan-nar f’Baton Rouge, l-Amerka. Il-BBC qed tirrapporta li fl-istess każ indarbu ħames pulizija. Filwaqt li kelliem għall-Pulizija qal li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll, mezzi barranin qed jirrappurtaw li l-identità tal-persuna wara dan l-omiċidju għadha mhix magħrufa.