Minn tal-inqas sitt persuni nqatlu u għexieren oħra ndarbu waqt sparaturi fuq dimostranti li ħarġu jipprotestaw fil-Libanu kontra l-investigazzjoni li qed issir dwar l-isplużjoni li saret is-sena l-oħra fil-kapitali Bejrut.
Il-protesta kienet organizzata mill-movimenti tal-Hezbollah u Amal.
Bħalissa t-toroq f’Bejrut qishom żona fi gwerra.
Infatti, il-Prim Ministru Lebaniż Najib Mikati appella għall-kalma u wissa kontra kull tentattiv ta’ vjolenza fil-Libanu.
Il-Libanu qed jaffaċċja wkoll kriżi tal-enerġija wara l-pajjiż spiċċa bla dawl.