13-il persuna ndarbu, b’ħamsa minnhom serjament waqt sparatura ġo stazzjon tal-ferrovija fi Brooklyn, New York.
Ritratti li ġew ippubblikati juru numru ta’ persuni mixħuta mal-art mimlija dmija.
Uffiċjali tas-sigrutà qalu li raġel intlemaħ jitfa’ xi apparat ġewwa l-istazzjon u wara fetaħ in-nar fuq in-nies li kien hemm quddiemu.
Qed jiġi rrapportat illi r-raġel kien liebes ilbies relatat ma’ xogħol ta’ kostruzzjoni.
Is-sitwazzjoni għadha qed tiżviluppa u mhux qed tiġi eskluża l-probabilità li dan jista’ jkun attakk terroristiku.