Iktar minn 60 persuna nqatlu u 100 oħra weġġgħu wara li ntlaqtu minn ferrovija viċin Amritsar fl-istat Indjan ta’ Punjab.
Il-vittmi kienu fuq il-linji tal-ferrovija waqt li kienu qed isegwu ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Dusshera, festival tal-Indu li jimmarka r-rebħ tat-tajjeb fuq il-ħażin.
Huma ma semgħux lill-ferrovija riesqa hekk kif kienu qed jaraw nar tal-ajru li fforma r-re tad-dimonji Ravana jinħaraq.
Qed jintqal li fost il-mejta hemm ukoll tfal.