Skont rapporti fil-midja Amerikana, minn tal-inqas erba’ persuni nqatlu waqt sparatura f’binja ta’ uffiċini f’Los Angeles Kalifornja.
Il-każ seħħ tard l-Erbgħa waranofsinhar. Fi stqarrija, l-pulizija qalet li l-uffiċjali tagħha sparaw fuq is-suspettat aggressur, li ttieħed l-isptar.
Dan il-każ isegwi tnejn oħra simili li seħħew fl-Istati Uniti dan l-aħħar, li ħallew mat-18-il persuna mejta.