Diversi persuni ċivili huma rraportati li mietu waqt il-ġlied li nqala’ bejn il-forzi tal-Armenja u Ażerbajġan fir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh. Dan il-konflitt fuq ir-reġjun li ilu għaddej għal tul ta’ żmien reġa’ intensifika fl-aħħar xhur.
L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda l-attakk bl-ajru u mill-art. Aktar tard iddikjarat li l-militar se jkunu qed jieħdu l-kontroll tas-sitwazzjoni. Filwaqt li l-Ażerbajġan tefgħat it-tort fuq l-Armenja u saħqet li kienet qed tirritalja għall-attakki li għamlet l-Armenja.
Intant il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan wiegħed l-appoġġ tiegħu lill-Ażerbajġan filwaqt li ddiskriva lill-Armenja bħala l-akbar theddida għall-paċi fir-reġjun. Il-Ministeru għall-Affarrijiet Barranin Russu appella għal waqfien mill-ġlied b’mod immedjat u talab għal taħdidiet biex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni.