Jinqatlu minn tal-inqas disa’ persuni filwaqt li għexieren oħra ndarbu waqt sparaturi f’barijiet tax-xixa fil-belt Ġermaniża, Hanau. Uħud minn dawk maqtula huma maħsuba li għandhom oriġini Torka. Il-prosekuturi federali qed iqisu dan l-attakk bħala wieħed terroristiku.
Is-suspettat qattiel ta’ 43 sena li wettaq dawn l-attakki huwa estremist tal-lemin estrem, il-pulizija sabu lis-suspettat qattiel flimkien ma’ ommu mejta f’daru.
Il-pulizija Ġermaniża qalet li l-qattiel fetaħ in-nar fuq il-vittmi fl-10 ta’ filgħaxija ħin lokali. Il-pulizija kompliet tgħid li s’issa jidher li ma kienx hemm persuni oħra nvoluti f’dan il-każ, u l investigazzjonijiet għadhom għadejjin