Minn tal-inqas tliet persuni nqatlu u mat-80 oħra weġġgħu wara li suldati fetħu n-nar fuq folol li qed jipprotestaw kontra l-kolp ta’ stat fis-Sudan.
Id-dimostranti niżlu fit-toroq wara li l-forzi armati ħadu b’forza t-tmexxija tal-pajjiż.
L-armata sejħet għall-stat ta’ emerġenza filwaqt li arrestat numru ta’ politikani fosthom il-Prim Ministru Sudaniż.
Rapporti qed jgħidu wkoll li t-truppi bdew iduru dar dar biex jarrestaw il-persuni li organizzaw il-protesti.
Dan il-kolp ta’ stat ġie kkundannat minn numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja filwaqt li l-Istati Uniti waqqfet l-għajnuna ta’ 700 miljun dollaru.