Minn tal-inqas 43 tifel u tifla nqatlu mill-forzi armati fil-Myanmar hekk kif bħalissa l-pajjiż huwa maħkum minn kolp ta’ stat, bl-iżgħar vittma kellha biss seba’ snin.
Dan skont informazzjoni maħruġa mill-organizzazzjoni Save the Children.
Din l-organizzazzjoni ddeskriviet dak li qed jiġri fil-Myanmar bħala ħolma kerha. It-total ta’ mwiet s’issa jammonta għal madwar 540.