Minn tal-inqas 50 persuna inqatlu filwaqt li 100 oħra indarbu f’attakk mill-ajru fuq stazzjon tal-ferrovija li jinsab fil-Lvant tal-Ukrajna.
Żewġ missili laqtu l-istazzjon tal-ferrovija, li huwa mill-ftit stazzjonijiet fil-Lvant tal-pajjiż li kien għadu qed jaħdem, u li huwa l-aktar stazzjon li minnu kienu qed jaħarbu Ukreni.
Fil-ħin li sar l-attakk kien hemm bosta nies li kienu se jaqbdu l-ferrovija biex jaħarbu mill-pajjiż.
Ir-Russja ċaħdet li wettqet dan l-attakk filwaqt li sostniet illi l-biċċiet tal-missili li nstabu viċin il-post li seħħ l-attakk huwa ma’ missili użati biss mill-forzi armati Ukreni.