Ħames ħaddiema volontarji li kienu fi triqithom biex iwasslu aktar għajnuna umanitarja lejn Gaza, inqatlu kiesaħ u biered minn attakk Iżraeljan.
Il-Midja internazzjonali qed tirraporta li l-ħaddiema kienu kollha ta’ nazzjonalità differenti fosthom Ingliż, Pollakk u Awstraljan.
Fil-fatt il-Prim Ministru Awstraljan, Anthony Albenese sostna li l-vittma kien persuna li volontarjament telaq minn jeddu lejn Gaza biex jipprovdi l-għajnuna lin-nies li qed isofru u għalhekk din it-traġedja hija inaċċettabbli.
Intqal li l-vittmi kienu lebsin ilbies protettiv waqt li seħħ l-inċident.