Minn tal-inqas 43 persuna nqatlu f’attakk ta’ karozza bomba f’Azaz fis-Sirja.
L-isplużjoni seħħet madwar seba’ kilometri ‘l bogħod mill-fruntiera Torka fil-belt ta’ Azaz li riċentament ġiet attakata mill-militanti tal-Istat Islamiku.
Dan l-attakk wasal ftit jiem biss wara l-waqfien mill-attakki Russi u Torok fuq is-Sirja.
Intant, s’issa l-ebda grupp militari ma ħa r-responsabbiltà tal-attakk.