Il-Kummissjoni Nazzjonali Messikana tad-Drittijet tal-Bniedem qalet li 22 persuna inqatlu mill-pulizija federali wara konfrontazzjoni f’Michoacan is-sena l-oħra.
Il-kummissjoni investigat il-każ, li seħħ fuq renċ f’Tanhuato f’Mejju tal-2015. Total ta’ 42 persuna li huma suspettati membru ta’ kartell tad-drogi mietu waqt il-konfrontazzjoni, flimkien ma’ uffiċjal tal-pulizija.
Il-gvern Messikan qal li ma kien hemm l-edbda ksir ta’ drittijiet tal-bniedem. Huwa maħsub li l-vjolenza kienet relatata mad-droga u l-uffiċjali qalu li kellha x’taqsam ma’ gwerra li kienet għaddejja bejn żewġ gruppi lokali tad-droga.