Minn tal-inqas 17-il persuna tilfu ħajjithom fi splużjoni li seħħet fil-provinċja Balochistan fil-Pakistan, li x’aktarx kienet immirata biex toqtol leġiżlatur.
L-isplużjoni laqtet konvoj li kien qed iġorr lis-Senatur Abdul Ghafoor Haideri, id-Deputat Kap tal-Parlament Pakistan, hekk kif kienu għadhom kif telqu minn laqgħa f’Mastung.
Għadu mhux magħruf jekk dan kien attakk suwiċida. Għadd ta’ persuni oħra indarbu waqt din l-isplużjoni.
Haideri sofra minn ġrieħi ħfief.